Il-Kummissjoni Ewropea
DĠT- Traduzzjoni
Id-DĠT jaħdem esklużivament fuq testi miktuba għall-Kummissjoni, li huma tradotti minn u fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
DĠ EAC - Edukazzjoni u Kultura
Il-mandat tad-DĠ EAC hu li jikkontribwixxi għal Ewropa bbażata fuq l-għarfien li tirrikonċilja ekonomija kompetittiva u soċjetà inklużiva. F'dan ir-rigward, il-missjoni tad-DĠ EAC tkopri oqsma ta’ sinjifikat soċjetali u politiku sostanzjali – il-kwalità tal-edukazzjoni, il-kultura bħala katalist għall-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport biex wieħed isemmi wħud minn dawn l-oqsma. F’kull wieħed minn dawk l-oqsma, id-DĠ EAC għandu l-għan li jistimula l-iżvilupp tal-kompetenzi, il-mobbiltà tal-individwi, il-kooperazzjoni transfruntiera, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, u r-riforma ta’ politika. Wieħed mir-rekwiżiti ewlenin għal dan hu l-multilingwiżmu.
Il-Parlament Ewropew
DĠ LINC - Loġistika u Interpretazzjoni għall-Konferenzi
Dan id-Direttorat Ġenerali jipprovdi l-appoġġ lingwistiku, tekniku u loġistiku għall-organizzazzjoni tal-laqgħat parlamentari u l-konferenzi tal-Membri u l-korpi tal-PE.
DĠ TRAD
Dan is-servizz jittraduċi dokumenti minn u fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jipprovdi liċ-ċittadini tal-UE kollha b'aċċess immedjat għat-testi Ewropej bil-lingwa tagħhom stess u l-opportunità li jikkomunikaw mal-istituzzjonijiet bil-lingwa tagħhom stess.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE
DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-MULTILINGWIŻMU
Direttorat tal-Interpretazzjoni
L-interpretazzjoni waqt is-seduti tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali tingħata mid-Direttorat tal-Interpretazzjoni, li għandu bejn wieħed u ieħor 70 interpretu permanenti. Meta jkun hemm bżonn, juża wkoll is-servizzi ta’ interpreti freelance b’esperjenza.
Direttorati għat-Traduzzjoni Legali
It-traduzzjonijiet tal-Qorti huma stabbiliti skont l-arranġamenti obbligatorji relatati mal-lingwi u jinkludu l-kombinazzjonijiet kollha tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-volum tal-paġni li jiġu tradotti bħalissa hu iktar minn 1,100,000 paġna fis-sena.