Skip to main content
Knowledge Centre on Interpretation

Inkiteb fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar l-Interpretazzjoni!

Kif toħloq kont tal-EU Login u teditja l-profil tal-utent tiegħek.

Irreġistra

Sabiex tilloggja fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar l-Interpretazzjoni, l-ewwel trid tirreġistra mal-EU Login.

Hemm tliet possibbiltajiet:

1. Diġà għandek kont tal-EU Login u għadek m'intix illoggjat.

Tista’ tikklikkja l-buttuna EU Login  fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin, u tittieħed lejn il-paġna tal-EU Login. F’dak il-każ tista’ tmur direttament għall-Pass 3.

log in bar kci

2. Għandek kont tal-EU Login u diġà lloggjat:

Tista’ tikklikkja EU Login  fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin, u tittieħed immedjatament lejn is-sit.

3. Għad m’għandekx kont tal-EU Login:

Ikklikkja l-link Oħloq kont tal-EU Login fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin.

 

PASS 1 - Oħloq kont tal-EU Login

Ikklikkja l-link Oħloq Kont.

ħolqien tal-kont

Imla l-formola pprovduta bid-dettalji personali tiegħek:

  • Isem – L-isem ma jistax jitħalla vojt u jista’ jkun fih ittri ta’ kwalunkwe alfabet;
  • Kunjom – Il-kunjom ma jistax jitħalla vojt u jista’ jkun fih ittri fi kwalunkwe alfabet;
  • Email – Indirizz tal-email li għandek aċċess għalih;
  • Ikkonferma l-email – Erġa' ttajpja l-indirizz tal-email tiegħek biex tiżgura li hu korrett;
  • Lingwa tal-email – Il-lingwa użata għall-emails (irrispettivament mil-lingwa użata fl-interface). Dan jiggarantixxi li tkun tista’ tifhem dawn l-emails anki jekk ikunu ntbagħtu bi żball. L-EU Login jibgħatlek emails biss biex jivvalida l-identità tiegħek jew biex jgħarrfek dwar avvenimenti ta’ sigurtà li jaffettwaw il-kont tiegħek;
  • Daħħal il-code – Meta ddaħħal l-ittri u n-numri li hemm fl-istampa, turi li inti bniedem li qiegħed joħloq kont b’mod leġittimu. Jekk il-code ikun diffiċli wisq biex tinqara, ikklikkja l-buttuna b’żewġ vleġeġ biex tiġġenera wieħed ġdid
  • Iċċekkja l-istqarrija ta’ privatezza billi tikklikkja l-link u mmarka l-kaxxa biex taċċetta l-kundizzjonijiet;
  • Ikklikkja Oħloq kont biex tipproċedi.

Jekk timla l-formola sew, tintbagħat email fl-indirizz li tkun tajt sabiex tkun tista’ tivverifika li għandek aċċess għalih.

Wara xi żewġ sekondi, għandek tirċievi email fil-kaxxa postali tiegħek. Jekk ma tkunx tista’ ssib l-email, iċċekkja l-folder tal-ispam jew il-junk folder tiegħek.

 

PASS 2 - Stabbilixxi password

Ikklikkja l-link fl-email jew agħmel copy/paste fl-address bar tal-browser tiegħek.

email dwar il-ħolqien tal-kont

Inti mistieden tagħżel password u tikkonfermaha biex tkun ċert li m’għamiltx żball.

Il-qasam tal-email jimtela minn qabel u ma jistax jinbidel.

Għandu jkun fih l-indirizz tal-email li tajt qabel.

Ittajpja l-password li tixtieq tuża fil-qasam Password ġdida. Din irid ikun fiha tal-anqas 10 karattri u taħlita ta’:

  • ittri kapitali,
  • ittri żgħar,
  • numri u
  • karattri speċjali

login tal-ħolqien tal-password

Agħżel password kemm jista’ jkun twila u kumplessa biex il-kont tiegħek ikun aktar sigur iżda żomm f’moħħok li se jkollok tiftakarha.

Erġa’ ttajpja l-password tiegħek f’Ikkonferma l-password il-ġdida u kklikkja Issottometti.

Issa inti awtentikat u tista’ tgħaddi għas-servizz li tixtieq tuża.

Ikklikkja Ipproċedi biex tagħmel dan.

 

PASS 3 - Illoggja

Ladarba tkun ħloqt il-kont tal-EU Login tiegħek, tista’ tużah biex ikollok aċċess għal numru kbir ta’ servizzi. Meta taċċessa dawn is-servizzi, l-iskrin tal-EU Login se juri meta tkun meħtieġa l-awtentikazzjoni. 

Daħħal l-indirizz tal-email li tajt meta ħloqt il-kont tal-EU Login tiegħek fil-qasam Uża l-indirizz tal-email tiegħek u kklikkja Li jmiss.

Is-sistema se tiftakar l-indirizz tal-email tiegħek awtomatikament sabiex id-darba li jmiss tkun tista’ taqbeż dan il-pass meta tuża l-istess browser fuq l-istess PC.

agħmel is-sign in biex tkompli

 

PASS 4 - Agħżel il-metodu ta’ verifika tiegħek

Minbarra l-password tiegħek, se tkun meħtieġ tagħżel metodu ieħor ta’ verifika. L-EU Login jappoġġja varjetà ta’ metodi ta’ verifika: nirrakkomandawlek tuża wieħed minn dawn it-tnejn li ġejjin, li huma l-aktar intuwittivi.

Diversi metodi ta’ verifika jeħtieġu l-użu tal-App EU Login. L-App EU Login hi applikazzjoni li tista’ tinstalla fuq l-apparat mobbli tiegħek mill-Google Play Store (Android), l-App Store (iOS) jew il-Windows Store (Telefown Windows). L-ewwel trid tiftaħ l-applikazzjoni. L-użu tal-App tal-EU Login flimkien mal-password jipprovdi sigurtà addizzjonali. Tista’ ssib xi linji gwida utli hawnhekk.

Jekk jogħġbok innota li xi metodi ta’ verifika jistgħu ma jkunux disponibbli waqt li tkun qed taċċessa xi servizzi speċifiċi.

 

PASS 5 - Editja l-profil tal-utent tiegħek

Ladarba toħloq kont tal-EU Login u tkun illoggjajt fiċ-Ċentru tal-Għarfien dwar l-Interpretazzjoni, tkun tista’ taċċessa u teditja l-profil tal-utent tiegħek. F’każ ta’ problemi, jekk jogħġbok ikteb lil SCIC-KNOWLEDGE-CENTRE@ec.europa.eu.

Ikklikkja l-vleġġa blu ħdejn ismek fir-rokna ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin, imbagħad fuq Il-kont tiegħi.

intestatura KCI

Fil-profil tal-utent tiegħek tista’ ddaħħal l-informazzjoni li ġejja:

  • Ismek u kunjomok
  • Kategorija (agħżel waħda mil-lista)
  • Rwol (test liberu)
  • Lingwi (agħżel mid-drop-down menu)
  • Il-kontijiet tal-media soċjali tiegħek, jekk tixtieq
  • Viżibbiltà: jekk din il-kaxxa tkun immarkata, utenti oħrajn se jkunu jistgħu jsibuk fil-lista ta’ Networking, u ismek se jintwera fil-komunitajiet li tagħmel parti minnhom. Jekk il-kaxxa ma tkunx immarkata, l-utenti l-oħra ma jkunu jistgħu jarawk imkien
  • Aħbi l-email: jekk din il-kaxxa tkun immarkata, l-utenti oħrajn ma jarawx il-buttuna “Ikkuntattjani” fuq il-profil tiegħek, u ma jkunux jistgħu jibagħtulek messaġġi. Jekk il-kaxxa ma tkunx immarkata, fuq il-profil tiegħek tintwera l-buttuna “Ikkuntattjani”, u oħrajn ikunu jistgħu jibagħtulek messaġġi, li tirċievi fil-kaxxa tal-kont tal-email li użajt biex ħloqt l-EU Login tiegħek, jew jikkuntattjawk permezz tal-kontijiet tal-media soċjali tiegħek.
  • Dwari (test liberu): ikteb xi ħaġa dwar il-professjoni, l-interessi, l-esperjenza tiegħek... Tista’ tindika wkoll kif tippreferi li tiġi kkuntattjat minn utenti oħrajn
  • Applowdja stampa, jekk tixtieq
  • Ikklikkja Issejvja
Give feedback on this page

mandatory field