Skip to main content
Knowledge Centre on Interpretation

Għodod tat-taħriġ

Għodod ta’ taħriġ online għall-interpreti u riżorsi għall-istudenti u t-trainers tal-interpretazzjoni tal-konferenzi

Hemm ħafna riżorsi u għodod ta’ taħriġ online differenti disponibbli għall-istudenti tal-interpretazzjoni u l-interpreti professjonali.

Din il-lista mhix eżawrjenti. Ikkuntattja lilna jekk tixtieq tissuġġerixxi sit ieħor għal din is-sezzjoni.

Għodod tad-DĠ Interpretazzjoni

Id-DĠ għall-Interpretazzjoni żviluppa għadd ta’ għodod ta’ taħriġ matul is-snin biex jgħinu lill-istudenti u t-trainers tal-interpretazzjoni tal-konferenzi.

Repożitorju tad-Diskorsi

Ir-Repożitorju tad-Diskorsi jinkludi aktar minn 3,000 diskors bi 30 lingwa biex wieħed jipprattika l-interpretazzjoni tal-konferenzi. Dan għandu aċċess kompletament miftuħ għalhekk kulħadd jista’ jużah biex jisma’ lingwi differenti u/jew jipprattika l-interpretazzjoni tiegħu.

Ir-Repożitorju tad-Diskorsi Tiegħi

Fir-rigward tal-universitajiet sħab tagħna u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istaff u l-interpreti freelance li jaħdmu għall-istituzzjonijiet tal-UE, id-DĠ Interpretazzjoni ħoloq ir-Repożitorju tad-Diskorsi Tiegħi, parti ristretta mir-Repożitorju tad-Diskorsi b’funzjonalitajiet addizzjonali.

 

Ir-Repożitorju tad-Diskors Tiegħi jippermetti lill-utenti jinteraġixxu ma’ xulxin billi jibagħtu stediniet għar-reġistrazzjoni ta’ interpretazzjonijiet ta’ diskorsi mir-Repożitorju tad-Diskorsi Tiegħi. Dan hu possibbli bis-saħħa tal-għodda ta’ recording SCICrec. Bi SCICrec, l-utenti jistgħu jisimgħu d-diskors oriġinali u r-recording fl-istess ħin permezz ta’ żewġ kanali tal-awdjo. Huma jistgħu wkoll jaqsmu l-fajl ma’ utenti oħrajn u jistaqsuhom għall-feedback.

Il-Gabriet Tiegħi

Il-Ġabriet Tiegħi hi karatteristika ġdida fir-Repożitorju tad-Diskorsi Tiegħi. Din it-taqsima tippermetti universitajiet u organizzazzjonijiet, b’aċċess għar-Repożitorju tad-Diskorsi Tiegħi u bl-approvazzjoni tad-DĠ Interpretazzjoni, biex joħolqu l-banek ta’ diskorsi privati tagħhom filwaqt li jżommu l-funzjonalitajiet kollha tar-Repożitorju tad-Diskorsi Tiegħi.

Tista’ tiktbilna permezz tal-email li ġej: SCIC-Speech-Repository@ec.europa.eu jekk tixtieq tibda l-ġabra tiegħek.

SCICtrain

Qatt ħsibt kif interpretu professjonali jagħmel eżerċizzju ta’ interpretazzjoni? Tixtieq tarahom jipprattikaw, tirċievi feedback u tiddiskuti d-diffikultà ta’ diskors jew tal-istrateġiji li huma użaw mal-kelliem? SCICtrain hi ġabra ta’ videos li juru speċifikament dan. Se ssib ukoll videos dwar kif tipprattika, iżżid lingwa mal-kombinazzjoni tiegħek jew tgħaddi minn test ta’ akkreditazzjoni.

 

 

Podcasts

Isma’  l-interpreti professjonali tal-UE jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom f’din il-professjoni.

 

Materjal ta’ taħriġ tad-DĠ Interpretazzjoni

Id-DĠ Interpretazzjoni żviluppa xi materjal ta’ taħriġ li l-interpreti tiegħu jistgħu jużaw meta jmorru fuq żjarat ta’ assistenza fit-tagħlim fl-universitajiet.

ORCIT

L-ORCIT  hi librerija pubblika online dwar il-problemi fit-tagħlim u l-apprendiment tal-Interpretazzjoni tal-Konferenzi fi 8 lingwi. Dan il-proġett kien żviluppat minn diversi universitajiet Ewropej, bl-appoġġ finanzjarju tal-Kummissjoni Ewropea.

 

Speechpool

Speechpool hu sit kollaborattiv fejn l-utenti jirreġistraw id-diskorsi f’diversi lingwi u jippubblikawhom biex oħrajn ikunu jistgħu jipprattikaw.

 

Oħrajn

The Interpreter Coach

Imwassal lilek mill-istess nies involuti fi Speechpool, dan hu sit ġdid li joffri kkowċjar online u appoġġ għall-istudenti, l-interpreti professjonali u t-trainers.

Riżorsi ta’ Taħriġ tal-interpretu

Dan is-sit hu maħsub bħala ġabra ta’ materjal u links li jistgħu jkunu ta’ għajnuna diretta u prattika għal apprendisti organizzati f’konferenzi u t-trainers tagħhom.

Interpreting.info

Sit għal mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-interpretazzjoni.

A word in your ear

Għadd kbir ta’ videos dwar il-professjoni tal-interpretazzjoni maħluqa minn Lourdes de Rioja.

Calliope Interpreters - riżorsi

Calliope hu grupp dinji ta’ provvedituri tas-servizz tal-interpretazzjoni, ilkoll akkreditati man-Nazzjonijiet Uniti u/jew mal-Unjoni Ewropea.

The Interpreter Diaries

Blog dwar l-interpretazzjoni minn interpretu freelance tal-UE.

Blog dwar l-interpretar - Università ta’ Glendan

Suġġerimenti għall-istudenti tal-interpretazzjoni.