Bini tal-kapaċità
Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jikkoopera wkoll ma’ pajjiżi sħab barra l-UE ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi u ma’ universitajiet. Jippromwovi t-taħriġ tal-interpreti tal-konferenzi skont l-istandards żviluppati fl-istituzzjonijiet tal-UE, biex b’hekk jgħin tittejjeb il-kwalità tal-interpretazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati u jappoġġja b’mod attiv il-bini tal-kapaċità fil-qasam tal-interpretazzjoni. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għal fehim aħjar tal-UE u tagħti viżibbiltà lill-UE bħala attur globali.
Id-DĠ Interpretazzjoni – flimkien mas-servizzi sħab tal-UE – imexxi proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali biex jitħarrġu interpreti tal-konferenzi maċ-Ċina, il-Macao, Kuba, ir-Russja u l-pajjiżi Afrikani (il-Konsorzju Pan-Afrikan Masters fl-Interpretazzjoni u t-Traduzzjoni – PAMCIT). Għen ukoll fit-taħriġ tal-interpreti mill-Mongolja għall-11-il Summit tal-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) li sar f’Ulaanbaatar f’Lulju 2016.
Bini tal-kapaċità - kooperazzjoni ma’:
Universitajiet Afrikani (PAMCIT)