Skip to main content
Knowledge Centre on Interpretation

Conference Interpretation

Artikli u ġurnali

Hemm għadd kbir ta’ artikli u ġurnali dwar l-interpretazzjoni tal-konferenzi li jaqsmu l-aħħar riżultati tar-riċerka li saret f’dan il-qasam. Din mhix lista eżawrjenti. Jekk jogħġbok uża l-buttuna tal-feedback jekk tixtieq titlob oħrajn jiġu elenkati.

Artikli

BITRA - Bibliography of Interpreting and Translation 

 

Kotba u Kotba Elettroniċi

Kotba

Hemm ammont kbir ta’ letteratura dwar l-interpretazzjoni tal-konferenzi, u din mhijiex lista eżawrjenti. Din il-lista saret mill-interpreti tal-konferenzi fil-Kummissjoni. Jekk jogħġbok uża l-buttuna tal-feedback jekk tixtieq titlob biex jiġu elenkati kotba oħrajn.

​Note-Taking for Consecutive Interpreting – a Short Course (second edition

(Andrew Gillies) – 2017 – Routledge

Conference Interpreting – A Students' Practice Book

(Andrew Gillies) – 2013 – Routledge

Għarfien tematiku

L-interpreti jittrattaw firxa wiesgħa ta’ suġġetti kumplessi kuljum u huma meħtieġa jifhmu u jittrażmettu simultanjament u f’dettall kunċetti speċifiċi ħafna b’termini preċiżi fil-lingwa tagħhom. Għal din ir-raġuni huma jeħtieġu appoġġ imfassal apposta li jgħinhom isiru familjari mhux biss mal-kuntest ġenerali iżda wkoll mal-ispeċifiċitajiet ta’ suġġett li jista’ jkun biss parti preċiża ta’ qasam ta’ politika vast li bħalissa qed jiġi diskuss fl-Istituzzjonijiet u l-korpi differenti.

Tagħlim tal-lingwi

It-tagħlim tal-lingwi (akkwist u manutenzjoni) huwa l-qasam ta’ appoġġ professjonali l-aktar importanti tad-DĠ Interpretazzjoni għall-interpreti.

Id-DĠ Interpretazzjoni jiddefinixxi l-prijoritajiet tat-tagħlim tal-lingwa tal-interpreti kull sena. Huma bbażati fuq l-għarfien lingwistiku attwali tal-interpreti tal-istaff, it-tibdil magħruf u mistenni fil-kombinazzjonijiet lingwistiċi li jirriżultaw mit-tluq, u n-nuqqasijiet identifikati meta l-interpreti jiġu assenjati għal-laqgħat u l-livell ta’ sodisfazzjon tad-domanda għall-interpretazzjoni għal kull lingwa.

Tagħlim elettroniku u riżorsi online

Tagħlim elettroniku

It-tagħlim elettroniku huwa tagħlim b’rata awtonoma li jagħmel użu minn teknoloġiji multimedjali ġodda għat-taħriġ. L-użu tal-Internet itejjeb il-kwalità tat-tagħlim billi jiffaċilita l-aċċess għar-riżorsi u s-servizzi, kif ukoll permezz ta’ skambji u kollaborazzjoni mill-bogħod. Permezz ta’ ħoss, grafika u interattività, it-tagħlim elettroniku jipprovdi lill-istudenti b’esperjenza ta’ tagħlim multisensorjali li tippermetti aktar komprensjoni u żamma ta’ għarfien.

Universitajiet

Il-missjoni tad-DĠ Interpretazzjoni hija li jagħmel possibbli komunikazzjoni multilingwi fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE billi jipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni ta’ kwalità.

Conference Interpretation
Give feedback on this page

mandatory field